L-abort sar legali fl-Awstralja kollha, wara li New South Wales – l-unika stat li fih l-abort kien għadu ma jsirx – ivvota favur biex anki f’dan l-istat isir legali.
L-abbozz qaleb il-paġna fuq liġi ta’ mija u dsatax-il sena li kienet ilha tiġi kritikata u tkun deskritta bħala arkajka.
Il-leġislazzjoni rat ġimgħat ta’ dibattitu jaħraq, u ħolqot qasma fil-Gvern Konservattiv tal-istat.
Qabel din il-bidla fil-liġi, l-abort fi New South Wales kien possibbli biss jekk tabib jara riskju serju għas-saħħa tal-mara.
Il-liġi tagħmel l-abort possibbli sa tnejn u għoxrin ġimgħa tqala, jew wara jekk jaqblu mill-inqas żewġ tobba.