Il-Ministru Michael Falzon ċħad kategorikament li l-abort jinsab fuq l-aġenda tal-gvern Laburista. Waqt li kien qed jagħlaq id-diskussjoni fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali, il-Ministru Falzon rrefera għal dak li qal id-deputati parlamentari nazzjonalista Claudio Grech li qal li d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf huma taħt attakk u dak li qal Robert Cutajar li appella biex il-gvern ma jressaqx il-liġi dwar l-abort.
Il-Ministru ħabbar li mill-budget tal-2018, l-allowance tas-social workers żdiedet b’40% minn €70 għal €100 fil-ġimgħa.
Huwa ħabbar li miexi sew il-bini ta’ ċentru biex flimkien ma’ għadiet volontarju, fosthom il-Caritas jiġu rijabilitati żgħażagħ li nqabdu fil-vizzju tad-droga.
Il-Ministru Falzon qal li l-għadd ta’ persuni f’;riskju ta’ faqar minn 99,000 fl-2013 niżel għal 82,000 skont l-aħħar statistika. Dawk f’diprevazzjoni materjali severa naqsu minn 39,000 għal 14,000 elf. It-tfal f’dan is-settur naqsu bin-nofs – minn 4,00 għal elfejn tifel u tifla. Huwa qal li l-gvern huwa kommess skont il-manifest elettorali li ebda tifel jew tifla ma jkun deprivat kemm-il darba jkollu minn ta’ l-inqas ġenitur wieħed jaħdem.
Dwar l-adozzjoni, qali li s-sena l-oħra kien hemm rekord ta’ 49, fosthom tfal mill-Bulgarija.
Dwar l-istandards għall-kura tal-anzjani, il-Ministru ħabbar li dawn se jkopru wkoll entitajiet tal-gvern u l-ewwel li se jibdew huwa mill-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul.
Dwar il-liġi l-ġdida, il-ministru Falzon qal li din se ssir wara konsultazzjoni pubblika wiesgħa u konsultazzjoni mal-istakeholders kollha. Hija bażata fuq il-Konvenzjoni tan-Nazjzonaijiet Magħuda dwar it-Tfal u l-gvern lest jilqa’ suġġerimenti biex din il-liġi tkompli titjieb.