“Tkun qed timxi u timxi qisek żombi. Ma jibqalekx qalb, u lanqas moħħ, għax lanqas biss tkun taf fejn se taqbad tfittex l-għajnuna,” qal hekk Jack, missier minn Derbyshire.
It-tifla tiegħu kienet abbużata sesswalment qrib Rotherham, il-villaġġ fejn madwar 1,000 tifel u tifla spiċċaw vittmi ta’ esplojtazzjoni bejn l-1997 u l-2013.
Meta sar jaf li t-tifla tiegħu ġiet abbużata, Jack – mhux l-isem tiegħu propju -, ħass li qishu xi ħaġa ġo fih “spiċċat f’elf biċċa.”
Wara dan li ġara, issa dan il-missier qed jattendi għal sessjonijiet ta’ pariri flimkien mat-tifla tiegħu, dan sabiex jgħinuha tgħaddi minn din l-esperjenza kerha.
Esperjenza, li fi kliemu “kienet ta’ impatt ħażin fuq il-familja kollha.”