Il-Papa għoġbu jiltaqa’ mat-tieni grupp tal-abbatini Maltin li bħalissa qegħdin jaqdu s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa qal li kien pjaċir tiegħu jiltaqa’ ma’ dawn it-tfal.
Hu sellem lil kull abbati wieħed wieħed, mar f’nofshom minn rajgħ għar-ritratt u wara talab magħhom l’Ave Marija.
Mal-grupp tal-abbatini kien hemm Patri Josef Mario Briffa, ġiżwita, li llum jgħallem Skrittura u Arkeoloġija fil-Biblikum u l-Papa staqsih għal Patri Eddie Mercieca, Ġiżwita wkoll, li għamel ħafna żmien missjunarju c-Chile.