Abby, ftit tal-jiem ilu, intlemħet tiġri f’diversi lokalitajiet. Ġiet abbandunata biex ma ssibx it-triq lura għand sidha. Din il-kelba, għandha 14-il sena u għandha nuqqas ta’ vista. U Mia, ftit tal-jiem ilu wkoll ġiet abbandunata fit-toroq Maltin. Mia kienet pomeranian mill-isbaħ iżda llum, pożittiva għas-sandfly, b’diversi problemi fil-ġilda, b’infezzjoni f’għajnejha u aktar. Din il-ġimgħa, MADWAR MEJDA, titkellem Rosalind Agius, manager tal-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati f’Malta.
Din il-ġimgħa wkoll, MADWAR MEJDA Andrew Grech, uffiċjal tal-pulizija u atleta Malti li nhar il-Ħadd li għadda, ġie mal-ewwel tlieta fil-Maratona ta’ Malta u nitkellmu wkoll dwar l-investiment li qed isir fl-istitut għall-istudji turistiċi bil-għan li aktar studenti jitħajjru jistudjaw u jaħdmu f’karriera fl-ospitalita’
MADWAR MEJDA, kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq ONE