It-tradizzjoni popolari annwali tal-bidu tas-sena l-ġdida Ċiniża reġgħet sabet postha fil-kalendarju Malti sabiex tattira lill-udjenza Maltija u tagħti togħma kkulurita ta’ x’toffri l-kultura Ċiniża.
Is-sena Ċiniża din is-sena se tiġi ċċelebrata fil- 25 ta’ Jannar. Skont il-kalendarju Ċiniż, din hija s-sena tal-ġurdien li skont il-proverbju antik Ċiniż, ifisser abbundanza, ġid u fertilità.
B’kollaborazzjoni ma’ Dar il-Mediterran, iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż se tilqa’ grupp ta’ artisti popolari mill-provinċja ta’ Hebei. Din il-provinċja fiha tliet siti ta’ wirt kulturali dinji, iktar minn 680 post storiku u hija rinomata għal wirjiet teatrali ta’ livell għoli fiċ-Ċina.
Iċ-Chairman ta’ Dar il-Mediterran, Kenneth Spiteri stqarr: “Kull sena jkollna tip ta’ kollaborazzjoni fosthom għaliex aħna bħala Dar il-Mediterran niffurmaw parti mill-silk roads group of theatres li hija inizzjattiva Ċiniża fejn it-teatru kollha tad-dinja ikollhom forum fejn nistgħu niltaqgħu u nikkollaboraw bejnietna.”
Id-Direttur taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż, is-Sur Xialong Yang qal li din iċ-ċelebrazzjoni għandha l-għan li tgħaqqad il-familja u tkattar il-paċi, il-prosperità u l-armonija bejn il-bniedem u n-natura.
Yang qal: “Chinese New Year whatever you do, wherever you are, you are supposed to come back home to help family reunion, to eat a New Year dinner and to have some happy events like culture experience together.”
Huwa qal li l-ispettaklu tal-arti se jitfa’ dawl fuq il-folkor Ċiniż. Yang sostna: “Not only like martial arts but also acrobatics, folk dance and music. So our intention is to show what the Chinese culture is.”
Dan l-avveniment tal-bidu tas-sena Ċiniża se jiġi ċċelebrat il-fit-tielet Ħadd ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran.