Riċerkaturi jsostnu li l-elfejn u dsatax kienet l-aktar sena li rat qtil tal-massa fl-Istati Uniti.
Skont statistiċi li nġabru minn numru t’aġenziji tal-aħbarijiet jirriżulta li fl-Istati Uniti ġew irreġistrati wieħed u erbgħin inċident li bejniethom ħallew mitejn u ħdax-il mewt.
Qtil tal-massa huwa meta fl-istess inċident jinqatlu erba’ persuni jew aktar, li jeskludu l-aggressur.
Fost l-aktar imdemmija fl-elfejn u dsatax kien hemm il-qtil ta’ tnax-il persuna f’Virginia Beach f’Mejju, u dak ta’ tnejn u għoxrin persuna f’El Paso f’Awwissu.
Mill-wieħed u erbgħin każ, tlieta u tletin involvew armi.
L-istat ta’ Kalifornja ra l-akbar ammont ta’ każijiet ta’ dan it-tip.
Dawn l-istatistiċi ilhom jinżammu mill-elfejn u sitta, iżda riċerka li tmur lura għas-snin sebgħin turi li ma kien hemm l-ebda sena li kellha aktar qtil tal-massa mill-elfejn u dsatax.