Fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, nhar it-18 t’April, jiġifieri fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, ser tkun qed issir l-20 edizzjoni tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira li għal darb’oħra se tkun qed issir b’riżq Puttinu Cares.
Bħas-soltu l-mixja titlaq mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f’nofsilejl u tiġi fi tmiema fuq il-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu.
Il-mixja tkopri distanza ta’ bejn 17 u 20 kilometru u ġeneralment tieħu minn 4 sa 5 sigħat.
Min jixtieq jipparteċipa f’din il-mixja jista’ jagħmel dan billi jibbukja fuq is-sit ta’ Puttinu Cares għal donazzjoni ta’ €10.
Ser ikun ipprovdut trasport minn fuq il-Fosos tal-Furjana dritt għall-Mellieħa qabel il-mixja mit-8:30 ta’ filgħaxija kif ukoll wara l-mixja l-Ġimgħa filgħodu lura għall-Mellieħa. Dan it-trasport huwa bla ħlas u jista’ jiġi bbukjat meta tirreġistra għall-mixja.
Għal aktar informazzjoni u biex tibbukja tista’ żżur is-sit ta’ Puttinu Cares.