“L-eċitament qiegħed iżid kull sekonda li tgħaddi. Iż-żmien qiegħda joqrob. Anzi wasal! … li nerġa’ ninterpreta l-parti tad-dama fil-pantomima! Żmien li nkun ilni nipprepara għalih mhux ħażin …. Żmien li jkun wasal biex nara dak li tkellimt u ddiskutejt mal-produttur u d-direttur jitwettaq! Anki naħseb fuq hekk jaqbadni t-tferfir.” Hekk qalilna Ġorġ tad-Doghnuts li din is-sena se jkun qed jinterpreta l-parti tad-dama għall-10 darba tiegħu.
Karattru bombastiku fih innifsu, dejjem tħossha pupa (u fuq hekk waqt ir-rehearsals jaqla’ l-voti minn sħabi=u l-atturi … specjalment min-nisa għax jgħajru għalih), tridha tal-għarfa u naħseb min jgħaffeġ aktar minnha m’hemmx!! Dak hu s-sabiħ tal-karattru tad-dama.
Ġorġ jammetti li mhux karattru faċli biex tinterpretah. Trid tkun iffukat aktar minn mija fil-mija l-ħin kollu b’dak kollu li jkun qiegħed jiġri fuq il-palk flimkien mal-atturi l-oħra. Il-fatt li ma’ kull entratura trid tbiddel il-kostum u toħroġ mill-ewwel fuq il-palk biex tkompli fejn ħallejt. Mhux dejjem faċli, aktar u aktar jekk ikun inqala’ xi intopp b’xi kostum waqt li jkollok ‘quick change’ u trid tibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn.
L-energija trid tkun dejjem hemm preżenti għax int trid iżżomm l-udjenza miegħek il-ħin kollu. L-irwol tad-dama minbarra li jkollha l-linji tagħha li huma parti mill-istorja, trid tintegra man-nies, idaħħalhom fl-istorja u tikkomunika magħhom. Jekk id-dama ma toħroġx b’saħħitha, il-pantomima ma tkunx b’saħħitha. Allura r-responsabbilita’ thossha ħafna aktar fuq spallejja.
Din is-sena sa tkun akbar għax fl-għeluq l-10 snin ta’ Ġorġ bħala dama se jiċċelebraw bil-kbir! U kif!!! Mudelli ta’ kostumi spettakolari, parrokki u ‘head dresses’ li kull sena nħejju ġodda …… fil-vestawarju fil-fatt lanqas hemm fejn tpoġġi labra bil-kollezzjoni ta’ kostumi li hemm tad-dama li minn sena għal ohra jakkumulaw.
X’ħa jsibu jistenniehom din is-sena l-udjenza? Spettaklu grandjuż ta’ mużika (lirika ta’ Vince Fabri), żfin (koreografija Keith Dance Studios), dawl u sett mill-aqwa u ma jistax jonqos id-Dama! Stella, mara fuq tagħha (ma jistax jonqos!) li taf kellha xi parti importanti fl-istorja ta’ Malta (mhux il-verżjoni li jaf kulħadd imma dik li ma ntqalitx!) Karattri bħal La Valette, Toni Bajjada, it-tliet muskattieri (muscatieri) u Ġaħan flimkien ma’ karattri oħra kif spiccaw ilkoll flimkien f’din l-istorja?
Issir tafu dan kollu billi tattendu għal Panto din is-sena – La Valette u t-Tliet MUSCATieri mit-23 ta’ Dicembru 2018 sas-6 ta’ Jannar 2019. Online booking www.activemalta.com jew 21223347 / 2722347. …. Tħallux għall-aħħar għax tkunu tliftu ċ-ċans li tkunu parti miċ-ċelebrazzjoni tal-10 snin ta’ Ġorġ bħala d-dama.