Niddiskutu kif verament “Malta ‘l quddiem għal aktar suċċess” illum fi programm speċjali.
Diversi Membri Parlamentari, kandidati u osservaturi politiċi se jingħaqdu mal-ġurnalista Paula Cauchi f’programm mill-ħinijiet ta’ 9.00 sa 12.00 u 15.00 sa qabel jibda d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-mass meeting fil-Belt Valletta, fuq ONE HD u ONE Radio.
Kollegamenti diretti li jwasslulna l-atmosfera mill-Belt Valletta ma jonqsux.
Flimkien inħarsu lura lejn dak li kiseb il-Gvern għall-pajjiż u għall-ħaddiem, f’Jum il-Ħaddiem.