Xhur biss wara li rebaħ il-battalja qalila kontra l-kanċer, issa, Kyle Micallef qed jimmira għal rebħa oħra fl-Olimpjadi ta’ Rio, fejn qed jirrappreżenta lill-Malta bil-weightlifting.
Micallef ingħata l-aħbar li kellu kanċer fit-testikoli xhur ilu. Iżdawara intervent mediku li neħħielu t-tumur perikoluż, l-atleta seta’ jkompli t-taħriġ tiegħu għall-Olimpjadi.
Fit-12 ta’Awwissu, Kyle se jerfa’ mal-85 kilogramma f’Rio, li huwa rekord għal Malta.
F’pajjiżna, huwa s-sid tal-gym Crossfit 356, kif ukoll kowċ tal-iskwadra Ewropea tal-Crossfit.