Drones u missili attakkaw lill-kapitali Ukrena Kyiv hekk kif mexxejja Afrikani waslu fl-Ukrajna f’dik li qed tissejjaħ missjoni ta’ paċi.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna qal li l-missili huma “messaġġ lill-Afrika” u juru li Putin irid “aktar gwerra”.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-seba’ mexxejja Afrikani, minn pajjiżi fosthom l-Afrika t’Isfel u l-Eġittu, se jiltaqgħu mal-President Ukren Volodymyr Zelensky f’Kiev, qabel ma jmorru r-Russja għada.
Il-grupp qabel li jimpenja ruħu ma’ Zelensky u Putin dwar waqfien mill-ġlied u ftehim għall-paċi.
Iżda l-inizjattiva qed issir fl-isfond li fi Kyiv qed titħejja kontro-offensiva kontra l-invażjoni Russa, u l-ġlied kull ma jmur qed jintensifika.