14:07: Filwaqt li ftit tal-ħin ilu Bjorn kiteb fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li se jkun qed jagħmel l-operazzjoni tal-appendix, issa ħabbar li din l-operazzjoni mhux se ssir.
Aktar Qabel: Bjorn Formosa, il-ġellied kontra l-marda ALS, kellu din l-aħbar x’jaqsam ma’ dawk kollha li jsegwuh fuq Facebook.
Kien propju ftit ilu li Bjorn irnexxilu jirrealizza l-ħolma tiegħu u jara li jinġabru biżżejjed flus għal persuni bil-marda qerrieda, biex ikunu jistgħu jgħixu f’dar apposta bl-affarijiet kollha li jkollhom bżonn.