L-MUMN fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Gvern biex ma jaċċettax li l-UHM tkun l-unjin li tirrapreżenta lill-fiżjoterapisti.
Dan hekk kif il-UHM qed titlob li tirrapreżenta għaxar professjonijiet mediċi – inkluż fiżjoterapisti – li qed issejjaħ bħala Allied Professionals.
Iżda l-MUMN argumentat li minn 200 fiżjoterapista mal-Gvern, 170 jinsabu msieħba magħha, u għaldaqstant l-ebda unjin oħra ma tista’ titlob li tirrapreżenta lil dawn il-professjonisti hekk kif il-maġġoranza jinsabu mseħbin mal-MUMN.