Mis-sitta ta’ Jannar, l-istazzjon ONE se jkun qed ixandar drama ġdida. L-ewwel waħda f’pajjiżna b’sensiela dwar il-komunità LGBTIQ+, bl-isem ta’ ‘KWIR’.
‘KWIR’ iġġib magħha narrattiva friska fuq it-televiżjoni Malti, li jiffoka fuq l-istejjer taż-żgħażagħ, il-familja u s-sejba personali.
Hekk kif waslu fl-aħħar tal-filming għal dan is-serje, ONE News tkellem mal-moħħ wara din is-sensiela, Brandon Terribile, li spjega kif l-għan wara dan hu li n-nies jirrelataw ma’ esperjenzi li jistgħu jiltaqgħu magħhom matul il-perkors ta’ ħajjithom.
Qal, “Aħna eċċitati ħafna. Bħalissa għaddejjin bil-preparamenti ta’ xeni li għad fadlilna fl-iskola fejn hawnhekk niffilmjaw il-qofol kollu tas-serje minħabba li s-serje hi bbażata fuq studenti li qed jesploraw il-ħajja ta’ kuljum li tiġrilhom, ta’ żgħażagħ bejn is-sittax u s-sbatax-il sena. Ninsabu eċċitati ħafna biex nuru xi ppreparajna għat-telespettaturi ta’ ONE.”
Sadanittant ONE News tkellem ma’ żewġ protagonisti ewlenin f’din is-serje, Luke Andre Camilleri u Miguel Muscat, li spjegawlna aħjar dwar il-karattru tagħhom u xi jfisser għalihom dan id-drama.
Qal, “Minn dan il-footballer, li jafu kulħadd bħala cool kid, nibdew naraw iktar l-emozzjonijiet tiegħu kemm ma’ familtu, kemm ma’ sħabu u relazzjonijiet ma’ tfajliet u ġuvintur. Hu karattru vera sabiħ għalija.”
Stqarr, “What I love about the what the show can do is that it shows this queer love story not as a queer love story or as a gay love story but just as a love story. It shows that love is love, love is infinite, and I hope it can help people feel comfortable with themselves and feel comfortable with what they are feeling.”