Esklussivament għal ONE, l-istazzjon se jibda jxandar drama ġdida, li hi wkoll l-ewwel waħda f’pajjiżna b’sensiela dwar il-komunità LGBTIQ+. Bl-isem ta’ ‘KWIR’, din il-produzzjoni se tkun qed tibda fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Issa ‘KWIR’ iġġib magħha narrattiva friska fuq it-televiżjoni Malti, li jiffoka fuq l-istejjer taż-żgħażagħ, il-familja u l-iskoperta personali.
Din is-serje hi orjentata għall-familja, waqt li tiċċelebra d-diversità u tesplora l-ħajja taż-żgħażagħ hekk kif jgħaddu mill-isfidi tal-imħabba u l-identità.
Bi drag performers, stejjer dwar persuni transgender u l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ LGBTIQ+ fid-dinja tal-futbol, din is-sensiela toffri taħlita ta’ drama, imħabba u spettaklu.
Fost dawk, li se jkunu qed jieħdu s-sehem f’din is-sensiela, hemm xi wħud mill-aktar atturi ta’ talent f’Malta, bħal Frida Cauchi, Inez Farrugia, Sarah Camilleri, Luke Andre Camilleri, Miguel Muscat, Olivia Lilith, Sheyonce, Trihanna Wilde, Marthese Mangion u Michelle Zerafa.