Fid-dinja it-total globali ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus huwa ta’ aktar minn 126,000. L-aktar pajjiż fid-dinja bl-ogħla numru huma l-Istati Uniti b’aktar minn 25,900 segwit mill-Italja b’aktar minn 21,000.
Filwaqt li fi Spanja b’aktar minn 18,000, Franza b’aktar minn 15,000 u r-Renju Unit b’aktar minn 12,000.
Fiċ-Ċina – li huwa l-post minn fejn bdiet din il-pandemija ġew irrapuratati 3,345 persuna mejta relatati ma dan il-virus.
Fl-Amerika, li huwa l-aktar pajjiż milqut, il-President Donald Trump ġie akkużat li falla milli jaġixxi aktar kmieni. Il-President Trump qed iwaħħal fl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa l-WHO għal din il-pandemija u tenna li lest li jwaqqaf fondi li jmorru lejn l-istess għaqda mill-pajjiż.
Intant f’Singapor ġiet mandatorja li jibdew jintlibsu l-maskli u fl-Indja il-lockdown ġiet estiż sat-3 ta’ Mejju.
Fil-Korea t’Isfel l-elezzjoni parlamentari ser jseħħu kif kien pjanat iżda b’miżuri ta’ iġjene u social distancing aktar stretti.