Mad-919-il kilogramma ta’ skart inġabru minn Paradise Bay waqt sessjoni ta’ tindif li ġiet organizzata mill-għaqda mhux governattiva Żibel nhar is-Sibt li għadda.
Għal din il-attività, li kellha l-appoġġ tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), ħadu sehem għexerien ta’ persuni li ġabru l-iskart, li jitħalla minn eluf ta’ viżitaturi fil-bajja. Ħafna mill-materjal mormi illegalment kien jinkludi ħadid imsadad, ħbula u plastik.
L-NGO Żibel ilha tnaddaf din il-bajja sa mill-2020, bl-għajnuna tal-voluntieri tagħha li f’dawn it-temperaturi għoljin ma jiddejqu xejn jagħtu daqqa t’id biex inaddfu din il-bajja li wkoll tattira diversi turisti ta’ kull sena.
Jirriżulta li, f’waħda minn dawn is-sessjonijiet, kienet saħansitra tneħħiet vettura abbandunata.