Fi studju mħejji mill-kamra għall-intrapriżi żgħar u medji ħareġ li kważi tliet kwarti, tnejn u sebgħin fil-mija tan-negozji li ħadu sehem fl-istudju ma keċċewx ħaddiema.
Dan l-istudju sar f’dan ix-xahar, hekk kif pajjiżna ntlaqat mill-pandemija.
Dan filwaqt li sittax fil-mija tan-negozji wieġbu li din ma tapplikax għalihom.
L-istudju qal ukoll li tnax fil-mija wieġbu fil-pożittiv għal mistoqsija dwar tkeċċija tal-ħaddiema.
Intqal li ħamsa fil-mija minnhom keċċew anqas minn għaxra fil-mija tal-ħaddiema tagħhom.
Dan apparti li l-biċċa l-kbira tan-negozji stqarrew li m’applikawx biex ibiddlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tagħhom mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol.