Sal-lum waranofsinhar, kważi tliet kwarti tal-cables li kellhom il-ħsarat ġew imsewwija u reġgħu nxtegħlu.
Dan ħareġ minn stqarrija tal-Enemalta, fejn intqal li għadd t’inġiniera u tekniċi fl-Enemalta qegħdin jaħdmu f’lokalitajiet differenti biex ikomplu jsewwu ħsarat fuq cables li żviluppaw kawża ta’ mewġa ta’ sħana li laqtet ir-reġjun tal-Mediterran.
Intqal li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq disa’ ħsarat li żviluppaw fuq cables ta’ vultaġġ għoli taħt l-art. Ix-xogħlijiet għaddejjin f’Ħal Luqa, il-Marsa, iż-Żejtun, il-Ħamrun, il-Kalkara u Ħaż Żabbar.