Kważi laħqu l-3.9 miljun, il-każijiet ta’ Coronavirus minn madwar id-dinja.
Ikkonfermat dan l-universita ta’ John Hopkins hekk kif spjegat li sa issa tilfu ħajjithom aktar minn 268,000 ruħ kawża ta’ din l-imxija.
Ir-Renju Unit huwa l-aktar pajjiż li sa issa kellu mwiet b’rabta mal-Covid-19 hekk kif tilfu ħajjithom aktar minn 30 elf ruħ.
Isegwi hemm l-Italja bi ftit inqas minn tletin elf ruħ, Spanja bi ftit iktar minn sitta u għoxrin elf ruħ u franza bi ftit inqas minn sitta u għoxrin elf ruħ.