Kważi l-klieb kollha li erbat ijiem ilu nstabu maħqura f’dar fil-Ħamrun sabu familja ġdida.
Ikkonferma dan ma’ ONE NEWS id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, bid-direttur Noel Montebello jgħid li dsatax diġa’ sabu l-kenn ta’ xi ħadd li lest jindukrahom u jgħożżhom.
Tmient iklieb jinsabu fi proċess ta’ fostering u erbgħa oħra diġa ġew addottati. Sebgħa oħra hemm familja li tridhom u daqt jinġabru.
Noel Montebello spjega li f’każ ta’ fostering il-familja tipprova tgħix bil-kelb magħha għal numru ta’ jiem qabel tieħu deċiżjoni finali.
L-iktar f’każi fejn diġa’ hemm annimal ieħor id-dar.
L-erbgħa t’iklieb li għad m’għandhomx familja qed jinżammu f’santwarju.
Filwaqt, li min kien responsabbli tat-trattament ħażin ta’ dawn il-klieb mistenni jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.