Fl-aħħar għaxar snin kważi rduppjaw in-nisa li jaħdmu fis-settur pubbliku u li jinsabu fl-ogħla ħames skali. Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis.
Fl-2010, 24.9% tal-impjegati kienu nisa filwaqt li s-sena li għaddiet l-impjegati femminili kienu jgħoddu għal madwar 46%; jiġifieri żieda ta’ 46%. Bl-akbar żieda fl-ogħla ħames skali fis-settur pubbliku ġiet irreġistrata bejn l-2019 u l-2020, żieda ta’ ftit aktar minn 8%.
Aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbar ukoll li fix-xhur li għaddew, fi żmien mimli sfidi li ġabet magħha l-imxija, kien hemm żieda ta’ aktar minn 450 mara li daħħlu fid-dinja tax-xogħol.
Tant li mill-2013 ‘il hawn kien hemm żieda ta’ 27% ta’ nisa li jaħdmu. Din iż-żieda ġiet b’riżultat ta’ riformi li daħħal Gvern Laburista, fosthom is-servizz taċ-childcare b’xejn kif ukoll l-in work benefit. Frott din il-ħidma, wasslet ukoll għal tnaqqis drasstiku fin-numru ta’ nisa f’riskju ta’ faqar.
Ta min wieħed jinnota wkoll illi 40% tan-nisa li jaħdmu, għandhom pożizzjoni eżekuttivi jew maniġerjali.
Intant, bħalissa tinsab fit-tielet qari r-riforma kostituzzjonali biex sehem il-mara fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna tiżdied. Mekkaniżmu li mistenni jibda mill-elezzjoni ġenerali li jmiss.