“I shall resign at noon tomorrow, Vice President Ford will be sworn in as President at that hour in this office”
Fit 8 ta’ Awwissu 1974, il-President Richard M. Nixon kien l-ewwel President Amerikan fl-istorja li rriżenja mill-kariga.
Wara li Nixon inqabad fl-iskandlu Watergade, fejn persuni daħlu fil-kwartieri tal-Partit Demokratiku biex isir spjunaġġ fuq il-linji tat-telefowns tagħhom, spiċċa ċeda għall-pressjoni mill-pubbliku u mill-Kungress Amerikan u rriżenja.
L-indirizz televiżiv tiegħu lin-nazzjon mill-uffiċċju ovali tal-White House jibqa’ mfakkar fl-istorja Amerikana.
Inqas minn 24 siegħa wara l-Viċi President Gerald R. Ford ħa l-ġurament u sar it-tmienja u tletin President Amerikan, u sussegwentement kien ta maħra Presidenzjali lill-istess Nixon biex itaffi l-firdiet li kienu nħolqu.