F’inqas minn xahar u nofs inġabret is-somma ta’ €32,603.43 għas-Surġent tal-Pulizija, Frankie Sciberras, wara li l-Qorti Ċivili sabitu ħati li kkaġuna danni fuq sewwieq wara sparatura li tmur lura 21-il sena ilu f’Tas-Sliema, fl-20 ta’ Settembru 1995.
Fl-2012, il-Qorti Ċivili sabet ħatja lil Sciberras u talbitu jħallas lis-sewwieq is-somma ta’ €33,878. Kien hawnhekk li l-pulizija appella mis-sentenza bil-Qorti tal-Appell tnaqqas s-somma għal €23,626. Madankollu ċ-ċifra xorta taqbeż it-€30,000 hekk kif il-Qorti ordnat li jħallas l-imgħax li jibda jakkumula mid-19 ta’ Ġunju, 2012, data tal-ewwel sentenza.
Il-Police Officers’ Union, li lagħbet rwol importanti biex jinġabru l-fondi, qalet li l-familja Sciberras għadha qed tistenna l-kont uffiċjali tal-Qorti għax apparti d-danni u l-imgħaxijiet iridu jħallsu wkoll l-ispejjeż kollha involuti fil-kawża