Kważi seba’ mitt immigrant ġew salvati u ttellgħu mill-Guardia di Finanzia tal-Italja f’żewġ portijiet fir-reġjuni ta’ Sqallija u Kalabrija.
Il-maġġoranza tal-immigranti, sitt mija u erbgħa u sebgħin, instabu fuq dgħajsa madwar mija u erbgħa u għoxrin mil ’il bogħod mill-kosta ta’ Kalabrija, filwaqt li l-oħrajn ġew salvati mill-baħar.
Waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ ittellgħu wkoll ħames katavri, li ttieħdu fil-kamra mortwarja tal-isptar ta’ Messina fi Sqallija.
Vapuri li kienu fil-viċin assistew lil dawk li kienu f’periklu.
F’każ separat, f’Lampedusa dan il-lejl daħlu aktar erba’ mitt immigrant wara li fil-lejl ta’ qabel daħlu tliet mija u ħamsin immigrant ieħor.