Minkejja li l-Karnival kien iddominat minn maltemp qawwi dan xorta waħda ma qatgħax qalb il-Maltin li kellhom jaqsmu l-fliegu sabiex jiċċelebraw il-Karnival tan-Nadur.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-kumpanija Gozo Channel għamlet total ta’ tlett mija u tlettin vjaġġ- fejn b’kollox il-vapuri waslu lill-aktar minn tlieta u tlettin elf u disa’ mitt persuna lejn il-gżira ta’ tliet għoljiet. Bi vjaġġi addizjonali sabiex jonqos il-ħin ta’ stennija li laħqu it-tmienja u sittin.
Dan ġie żvelat mill-Kumpanija Gozo Channel, fejn ċifri jindikaw li l-akbar ammont ta’ Maltin li qasmu l-fliegu kien nhar il-Ġimgħa li għadda- fejn aktar minn għaxart’ elef u tlett mitt ruħ sfidaw il-maltemp qawwi u rħewla lejn Għawdex.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat qal li minkejja li l-maltemp kien il-protagonist ewlieni fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kienu ħafna li estendew il-vaganza tagħhom għal-jum tat-Tnejn bit-total ta’ Maltin li nizlu lura lejn Malta laħaq aktar minn tmint elef u tlett mija:
Dawn il-figuri jirriflettu b’mod tajjeb lill-industrija turistika f’Għawdex dan hekk kif okkażjonijiet bħal Karnival joħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-ħaddiema tar-ristoranti, kif ukoll lil-lukandi, b’dawn tal-aħħar kienu kollha ppakjati.