Is-sena li għaddiet, in-numru ta’ pannelli solari f’pajjiżna kienu jgħoddu 30,972.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Is-sena li għaddiet rat żieda ta’ 1,731 pannella solari, meta mqabbel ma’ sena qabel. Dan hekk kif fl-2020, kien hawn 29,241 pannella solari f’Malta u f’Għawdex.
L-istatistika turi li 26,363 pannella solari kienu f’Malta, filwaqt li 4,609 kienu f’Għawdex u f’Kemmuna.
L-NSO qal li l-maġġoranza tal-pannelli solari kienu fuq il-bjut tad-djar residenzjali, li ammontaw għal 28,976 pannella. Pannelli oħra kienu dawk kummerċjali u pubbliċi.