F’dawn l-aħħar għaxar snin, 2,198 persuna ġew investigati dwar każi marbuta ma’ ksur tal-liġi tal-VAT.
Dan intqal mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji il-Professur Edward Scicluna waqt li kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield.
F’din il-mistoqsija parlamentari ntqal kif s’issa, sa din is-sena 65 persuna qed jiġu investigati dwar allegat ksur ta’ liġi tal-VAT.
Intant f’mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal kif f’dawn l-aħħar 10 snin aktar minn 20,600 persuna tressqu l-Qorti fuq każijiet marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT.
F’dawn l-aħħar 100 snin, ftit inqas minn 19,500 persuna tressqu l-Qorti ta’ Malta, filwaqt li madwar ftit aktar minn 1,173 persuna tressqu l-Qorti t’Għawdex b’każijiet marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT.
Intqal ukoll kif sa din is-sena tressqu 431 persuna b’każijiet marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT.