Minn tal-inqas, 192 persuna huma nieqsa u 75 persuna mejta, kawża ta’ splużjoni tal-vulkan Fuego fil-Gwatemala.
Il-ħidma ta’ salvataġġ mistennija tkomplu tul il-jum.
Intant, kienu aktar minn miljun u seba’ mitt elf persuna li ġew affettwati mill-isplużjoni tal-vulkan li seħħet il-Ħadd, b’aktar minn tliet elef persuna ġew evakwati.