Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li matul dan il-perjodu daħlu pajjiżna ħamsa u disgħin cruise liner.
Matul dan l-istess perjodu, sitt mija u wieħed u erbgħin passiġġier żaru lill-gżira Għawdxija.
Is-suq Taljan kien l-ikbar wieħed segwit minn dak Ġermaniż u Ingliż.
Iċ-ċifri juru wkoll li matul is-sena li għaddiet ġie rreġistrat tnaqqas żgħir fl-għadd ta’ passiġġieri li waslu Malta bil-cruisliners.
Ma’ ONE NEWS il-Kap Eżekuttiv ta’ Valletta Cruise Port Stephen Xuereb saħaq li dan it-tnaqqis kien dovut għal kanċellazzjonijiet fl-aħħar ħin minħabba l-maltemp.
Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv ta’ Valletta Cruise Port qal “Kien dovut għal xi kanċellazzjonijiet li kellna s-sena l-oħra
minħabba maltemp fil-Mediterran. Però din hija realtà ġdida li qegħdin niffaċċjaw.
Ir-raġuni prinċipali hija li l-istaġun tal-cruising issa żdied, kompla jitwessa f’aktar xhur – bħalma qed tara llum stess warajja hawn
cruise liner fil-port.
Iżda l-elfejn u dsatax mistennija tkun storja kompletament differenti, hekk kif mistennija żieda qawwija fil-wasliet li se jaqbżu it-tmien mitt elf ruħ”.
Huwa kompla billi qal :”Is-sena elfejn u dsatax ħa tkun waħda rekord għalina.
L-ewwel darba li ħa naqbżu it-tmien mitt elf moviment ta’ passiġġieri. Fil-fatt suppost għandna nilħqu it-830,000 passiġġier li hija figura verament sabiħa u l-ewwel darba li ħa nilħqu dawn in-numri”.
Dawn il-passiġġieri mistennija jaslu fuq tliet mija u sittin cruiseliner, jiġiferi żieda fuq is-sena li għaddiet.
Is-Sur Xuereb tenna li “Dis-sena ħa jitħlu mat-360 cruiseliner. Interessanti wkoll li ħa jkollna it-tielet home port operation, fejn il-vapur jibda u jispiċċa minn Malta. Issa ħa jkollna dan it-tip ta’ operat kull nhar ta’ Ħamis, il-Ħadd u f’perjodu ta’ sena ħa jkollna operat bħal dak nhar ta’ Tnejn”.