Hong Kong beda jħaddem kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn għal dawk kollha li jrritornaw lura miċ-Ċina, fi sforz biex ma jinferix il-Coronavirus.
Il-viżitaturi jkollhom jiżolaw ruħhom fil-lukandi jew ċentri mmexxija mill-Gvern, filwaqt li ċittadini ta’ Hong Kong għandhom jibqgħu ġo djarhom. Kull min jinqabad jikser dawn ir-regoli ġodda jista’ jaffaċċja multa u sentenza ħabs.
F’Hong Kong ġew ikkonfermati 26 każ b’fatalità waħda kawża tal-Coronavirus filwaqt li fiċ-Ċina s’issa ġew ikkonfermati aktar minn 34,500 każ ta’ infezzjoni u aktar minn 700 imwiet kawża ta’ dan l-istess virus.