Persuni li se jaslu fir-Renju Unit se jintalbu jagħmlu kwarantina ta’ 14-il jum mit-8 ta’ Ġunju ‘l quddiem. Dan sabiex jipprevju t-tixrid tal-Covid-19 fis-soċjetà.
Dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw se jkollhom javżaw lill-Gvern fejn se jqattgħu l-kwarantina, bil-multi għal dawk li jinqabdu barra waqt il-jiem ta’ kwarantina se jkunu ta’ aktar minn €1,000.
Il-Gvern Ingliż qal kif dan il-proċess se jkun qed inaqqas ir-riskju ta’ tixrid barra l-fruntieri tal-pajjiż bi bdiewa u dawk li jaqsmu l-fruntieri għal raġunijiet ta’ xogħol se jkunu esklużi.
Ritratt: AFP