It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt-il ħmistax il sena jinsab pass ’il bogħod mill-kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-kampjonati Ewropej meta lbierah għelbu li Slovenja bl-iskor ta’ 17-4.
It-tim imexxi minn Anthony Farrugia kellu bidu fejn tilef ħafna ċansijiet ta’ skor però xorta rebaħ l-ewwel sessjoni 2-1. Malta kienet aħjar fi-tieni sessjoni fejn b’saħħa u għawn superjuri għal avversarji rebħuha 4-0 għal skor ta’ 6-1 sa nofs il-logħba. L-aħħar żewġ sessjonijiet kienu show kollettiv għall-Maltin, sessjonijiet mirbuħa 4-1 u 7-2 glal skor finali ta’ 17 b’4. Għal Malta disa’ gowls ta’ Jayden Cutajar, żewġ gowls ta’ Enrico Mallia u gowl kull wieħed għal Jayden Cassar, Elijay Schembri, Luigi Dimech, Cain Cutajar, Lee Montebello u Zak Cutajar Licari.
Riżultat li jpoġġi lil Malta pass ’il bogħod mill-kwalifikazzjoni bi tim Malti jistenna il-logħba tal-lum bejn Franza u Slovenja. Draw jew rebħa għal Franza tpoġġi lil Malti fil-finali li ser issiru il-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’ Lulju. Malta terġa’ tilgħab għada kontra il-qawwa ta’ Franza fl-10:30 fil-pixxina nazzjonali. Logħba deċiżiva għal min ser jirbaħ il-grupp.