It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt il-15-il sena kiseb kwalifikazzjoni storika għall-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej.
Dan wara li s-Sibt, Franza għelbet lis-Slovenja bl-iskor 17-5.
It-tim Malti mmexxi minn Anthony Farrugia, se jkun qed jilgħab fil-fażi finali li se ssir fil-Portugall bejn l-4 u l-11 ta’ Lulju li ġej.
Il-Ħadd filgħodu, it-tim Malti se jilgħab kontra dak Franċiż, fil-pixxina nazzjonali.
Intant fuq Twitter, il-Prim Ministru feraħ lit-tim nazzjonali u sostna li r-riżultati jixhdu li nistgħu naslu fl-aqwa livelli permezz ħidma sfiqa u investiment adegwat.