Fl-Education City Stadium, kellna l-ewwel logħba mill-kwarti tal-finali, bejn il-Kroazja u l-Brażil. Wara 90 minuta ddominati mit-tim Brażiljan, il-Kroati ddefendew tajjeb u kellhom lill-gowlkiper Dominik Livakovic li kien f’forma mill-aqwa. Għalkdaqstant il-logħba kienet waħda mingħajr l-ebda azzjoni denja ta’ nota u kellna mmorru għall-ħin barrani.
Fil-minuta ta’ ħin miżjud tal-ewwel taqsima tal-ħin barrani, wasal il-gowl minn azzjoni maħduma ferm tajjeb mit=tim Brażiljan. Finalment kien Neymar li qabeż tajjeb lill-gowlkiper u xeħet il-ballun fis-saqaf tax-xibka. B’dan il-gowl, Neymar laħaq lill-plejer leġendarju Pele, b’77 gowl mat-tim nazzjonali.
Fil-117-il minuta, il-Kroazja naqsu l-marġni tal-iskor pemezz ta’ Petkovic u ż-żewġ timijiet kellhom imorru għall-għoti tal-penalties.
1l-Kroati skorjaw erba’ penalties permezz ta’ Vlasic, Majer, Modric u Orsic. Il-Brażiljani falla l-ewwel penalty permezz ta’ Rodrygo u skorjaw permezz ta’ Casemiro u Pedro. Għaldaqstant Marquinhos falla l-penalty deċiżiv.
Illejla fit-20:00, fil-Lusail Stadium, ikollna l-konfront bejn l-Olanda u l-Arġentina.
Ritratt: Getty Images