It-team nazzjonali malti tal-waterpolo rebaħ it-tieni logħba tiegħu mill-Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-Ewropa U17 li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq meta għeleb lill-Polonja bl-iskor ta’ 15-13.
Kuntrarju għal-logħba tal-bieraħ mkontra l-Latvja, dik tal-lum kienet aktar bilanċjata u kumbattuta.
Il-maltin rebħu l-ewwel sessjoni 4-3. It-team malti rebaħ ukoll it-tieni sessjoni din id-darba bi skor ta’ 3-2. L-aħħar żewġ sessjonijiet intemmu fi draw ta’ 4-4.
It-team malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada s-Sibt kontra s-Slovakkja fit-20:00.
L-aħħar logħba tkun il-Ħadd filgħodu kontra l-Grann Brittanja fil-11.30.
Photo Credit: Abby Bonello