Kurt Calleja rebaħ it-tieni edizzjoni tal-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Bla Tarf’.
Is-serata finali tas-Sibt filgħaxija kienet oħra spettakolari u fil-finali pparteċipaw 12-il kanzunetta.
Kurt Calleja rebaħ il-festival wara l-vot ta’ disa’ ġurati li kellhom 75% tal-piż u l-vot tal-pubbliku.
Kurt Calleja kiseb mija u punt.
Il-grupp Kantera ġie fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Tkun ’L Hawn Għaddi’ b’erbgħa u disgħin punt.
Dan il-grupp rebaħ fil-fatt il-vot tal-ġurija f’dan il-festival u s-sena l-oħra ġie fit-tielet post.
Fit-tielet post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Ġmielek’ interpretata minn Claudia Faniello.
Dan il-festival tal-Kanzunetta Maltija ċċelebra bl-aħjar mod it-talent Malti u ppreżenta produzzjoni ta’ livell għoli ħafna.
Kull kanzunetta li kkompetiet kienet akkumpanjata mill-orkestra.
Ritratt: Mużika Mużika