Kurt Anthony, artist Malti ta’ 25 sena bbażat f’Malta u l-Ingilterra li rajnih fl-ewwel staġun ta’ kompetizzjoni ewlenija f’Malta nieda vidjo mużikali tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2019 ‘Arcade’ oriġinarjament interpretata mill-Olandiż Duncan Laurence.
Kelly Moncado Rizzo, artista oħra li saħħret bil-vuċi tagħha fl-X Factor u li kisbet diversi suċċessi oħrajn fl-Italja u internazzjonalment, akkumpanjat lil Kurt tul il-kanzunetta. Ħafna kkummentaw li jifformaw dwett mill-isbaħ flimkien u li jistennew iktar muzżika minn dawn iż-żewġ artisti b’ilħna tant uniċi.