Kemm minnkom tkunu aġġornati dwar dak li qed jiġri mill-mobile?
Fid-dawl ħafna jwieġbu li dan huwa minnu, il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nediet f’mod uffiċjali application li tista’ tintuża minn fuq il-mobile. Se tkun tista’ tara kull aġġornament dwar laqgħat u avvenimenti li se jkunu qed iseħħu tul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija.
L-app jisimha EU2017MT u kienet żviluppata minn tim reponsabbli mid-media diġitali li qed jaħdem fi ħdan unit responsabbli mill-Presidenza. Hija app b’xejn u għandha l-għan aħħari li tqarreb l-Ewropa lejn iċ-ċittadini. Dan se tagħmlu billi toħloq post fejn il-parteċipazzjoi tal-pubbliku f’aspetti politiċi, soċjali u ekonomiċi huma mħeġġa.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-għan hu li jitwassal il-messaġġ tal-Presidenza b’mod sempliċi iżda ċar.
EU2017MT se tkun disponibbli fuq iOS, Google Play Store u Windows.