Hekk kif bħalissa Malta għaddejja minn ġlieda sabiex tegħleb il-pandemija tal-Coronavirus, il-komunità tax-Xagħra Għawdex ħolqot filmat sabiex f’messaġġ wieħed tirringrazzja lil dawk kollha involuti.
Minn tfal sa anzjani, għaqdiet u gruppi appellaw lil kulħadd sabiex jibqgħu ġewwa ħalli naslu għal dik il-ġurnata li niġu meħlusa minn dan il-virus li sfortunatament ħalla eluf ta’ vittmi minn madwar id-dinja, inkluż f’Malta.
Kienu diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet li f’dawn il-jiem għamlu filmati simili ta’ ringrazzjament.