Il-Prim Ministru Żvediż qal lil familji tal-vittmi tal-attakk bit-trakk li seħħ il-Ġimgħa li ma jinsabux weħidhom, wara li l-pajjiż osserva minuta ta’ silenzju.
Stefan Lovren qal li l-ħsibijiet tal-pajjiż kollu huma mal-qraba f’ċerimonja li saret fi Stockholm City Hall, li għaliha attendew ukoll is-sindku u ħafna mill-membri tal-familja Rjali Żvediża.
Erba’ persuni mietu u ħmistax oħra sfaw feruti meta trakk instaq għal ġo stabbiliment tax-xiri fiċ-ċentru ta’ Stokkolma.
Is-suspettat ewlieni huwa raġel ta’ disgħa u tletin sena mill-Użbekistan. Filwaqt li l-pulizija ma żvelatx l-identita tal-vittmi, qalet li kienu żewġ Żvediżi, b’waħda minnhom tifla ta’ ħdax-il sena; Ingliż u Belġjana.