Sabiex tiġi miġġielda l-problema tad-dijabete, permezz ta’ miżura mħabbra fil-baġit, se jiġu introdotti mediċini ġodda fil-formolarju tal-Gvern kif ukoll insulini ġodda.
Il-Gvern se jkun qed jagħti ukoll b’xejn glucose sticks għal min ibati mid-dijabete Type 1 u Type 2.
Wara li fl-2012, Gvern preċedenti, naqqas il-benefiċċji lil pazjenti bid-dijabete, fl-2017 se jiġu introdotti aktar benefiċċji għal dawn il-persuni.
Pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw :
- Minn kura dentali bla ħlas
- Sussidju fuq in-nuċċalijiet
- Aċċess għal antibijotiċi b’xejn
- Kif ukoll kura kontra z-zokkor