Partijiet fis-Swieqi u Pembroke qed jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl minħabba ħsara kkawżata minn kuntrattur li laqat cable ta’ vultaġġ għoli li jipprovdi l-elettriku lil dawn il-partijiet.
Intant, l-Enemalta rnexxielha tirritorna l-provvista tel-elettriku f’xi żoni grazzi għal cables alternattivi.
L-Enemalta bagħtet timijiet tekniċi li ġew assennjati biex jagħmlu t-tiswijiet meħtieġa u għaddejin bix-xogħlijiet meħtieġa biex tirritorna l-provvista tal-elettriku kull fejn ġie affetwat, kemm jista’ ikun malajr.
L-Enemalta rringrazzjat lir-residenti affetwati tal-kooperazzjoni tagħhom.