Il-persuna li jaħdem fil-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada li dwarha qed isiru allegazzjonijiet fuqhu ma kienx qed jaħdem f’position of trust u lanqas ma kien jaħdem fis-sezzjoni tal-procurement.
Minkejja ħafna stqarrijiet mill-Partit Nazzjonalista, kuntratti mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra tal-parlament juru kif Edward Caruana għamel biss għaxart t’ijiem fl-2013 b’kuntratt ta’ position of trust mal-Ministeru, u mhux mal-FTS. Ftit wara huwa temm il-kuntratt u mar jaħdem fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada minn Novembru tal-2013. Skond il-kuntratt li tpoġġa fil-Parlament, dan ma kienx f’position of trust iżda kuntratt ta’ servizz normali u ilu hekk ghal dawn l-ahħħr tliet snin.
Minkejja li f’dawn l-aħħar jiem esponenti tal-Partit Nazzjonalista, fosthom Simon Busuttil, qalu li l-uffiċjal kien jahdem f’position of trust fil-procurement tal-FTS dan jidher ċar li m’hemm xejn minnu.
Allegazzjonijiet irrapportati mill-ewwel
L-allegat każ beda f’April li għadda meta tqajmu suspetti mill-Kap Eżekuttiv tal-FTS, Philip Rizzo. Lejn l-aħħar tas-sajf Rizzo għadda dettalji ta’ pagament suspettat wara notifika tal-qorti kif ukoll l-informazzjoni dettaljata tal-allegazzjonijiet lil Ministru Evarist Bartolo, fejn minnufih ittieħdu l-passi u bdiet investigazzjoniji interna.
L-informazzjoni ġiet mgħoddija lil tliet awtoritajiet differenti, il-pulizija, l-Internal Audit and Investigations Department u l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.