Electro Gas Malta għadha kif iffirmat kuntratt ma’ Ocean Installer, fi żvilupp ġdid għall-proġett tal-Powerstation il-ġdida ta’ Delimara.
Din hija kumpanija Norveġiża rinomata fit-tpoġġija ta’ sistemi taħt il-baħar. Din is-sistema t’enerġija se tkun imqabbda m’opra tal-baħar sorġuta permezz t’ankri b’saħħithom f’Marsaxlokk.
Din l-istess sistema se tkun qed tgħaddi lejn il-Powerstation ta’ Delimara u tkun lesta biex topera kemm il-darba jinħass il-bżonn. Is-sistema mpoġġija minn Ocean Installer tintuża kemm il-darba l-kurrenti tal-baħar jaħkmu min-Nofsinhar.
Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Norveġiża, Steinar Riise, il-kollaborazzjoni ma’ Electo Gas se tkompli jsaħħaħ l-operat tal-kumpanija fi sfidi ġodda li qed jiżviluppaw fil-qasam tal-enerġija.
Intant ix-xogħol fuq il-Powerstation ta’ Delimara miexi ġmielu, bil-Gvern ikompli iwettaq wegħda elettorali oħra, jiġifieri li jibni powerstation ġdida li topera bil-gass u mhux iżjed bil-heavy fuel oil, l-aktar żejt li jniġġes.