“It-Tnejn, il-poplu Malti u Għawdxi se jara dokument li jikkonferma l-kompetenza tal-Gvern u fl-istess ħin ikompli jikxef id-dillettantiżmu tal-Partit fl-Oppożizzjoni.”
Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fin-Naxxar, fejn innota n-nuqqas ta’ kompetenza fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, li fil-jiem li għaddew ippreżentata dokument relatat mal-budget miżgħud bi żbalji u nuqqasijiet.
“Huwa test tal-kompetenza, il-kompeternza kontra d-dillettantiżmu ta’ ħaddieħor, rajna ftit tal-jiem ilu lill-PN li nieda l-Pre Budget Document. Issa dan huwa dokument importanti ħafna għax fih għandek l-Oppożizzjoni li suppost qed tniedi l-viżjoni tagħha x’temmen li għandu jkun hemm għas-sena d-dieħla f’pajjiżna, minflok anke fallew it-test tal-kitba u mhux se noqgħod nidħol fil-miżuri li proponew għax dawk fallewhom ukoll.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Mexxej Laburista nnota wkoll il-kuntrast enormi bejn dak li kienu jagħmlu Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat u dak li bħalissa qed iwettaq Gvern Laburista.
“Spiċċa ż-żmien ħbieb tiegħi ta’ qabel l-2013, illi l-Gvern ta’ dakhinar kien iħabbar budget imbgħad naraw, ħaġa waħda qatt ma kien jonqos milli jaraw, li t-taxxi ġodda li kienu jdaħħlu f’kull Budget jidħlu fis-seħħ minnufih.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Hawnhekk, il-Prim Ministru nnota wkoll kif filwaqt li l-Gvern qed jinvesti kemm jiflaħ fil-familji u negozji, fid-Dar Ċentral hemm il-Partit Nazzjonalista mifni bl-instabbilità u ġlied.
“Ftakkru x’wasslet mill-2008 ‘il quddiem, l-instabbilità ekonomika u politika, ftakru x’riperkussjonijiet kienet daħlet fihom lill-pajjiżna minkejja l-isfidi ekonomiċi ta’ dakhinar kienu ċkejkni ħdejn dak li għandna llum. Ħaġa waħda biss baqgħet konsistenti minn dakhinar fil-PN, l-instabbilità fi ħdanu, kienet hemm qabel l-2013 u għadha hemmekk sal-lum.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Fi tmiem id-diskors tiegħu, il-Mexxej Laburista qal kif bl-ebda mod mhux se jħalli lill-Kap tal-Oppożizzjoni jew lill-Partit Nazzjonalista ifixklu mill-istabbiltà li hawn fil-pajjiż jew li jtellfu mill-ħidma tal-Gvern.
Quddiem din in-negattività tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Robert Abela, b’messaġġ pożittiv u ottimist, qal li l-Gvern immexxi minnu se jibqa’ ffukat u jaħdem sabiex l-ekonomija tkompli tikber u b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
“Nibqgħu fiduċjużi għax dawn huwa tkabbir ekonomiku li rriduh biex inkomplu nsaħħu lill-familji tagħna, biex nibqgħu nsostnu lill-familji tagħna, biex ngħinu lilkom il-pensjonanti, ninvestu fl-edukazzjoni, ninvesti fis-saħħa, nibqgħu nkunu ta’ spalla għan-negozji, għax dak tagħna huwa Gvern tan-nies għadu tan-nies u jibqa’ man-nies. Għalhekk għada l-ewwel minn ħamsa, ħalli nkomplu fi triqitna flimkien, lejn Għawdex u Malta aħjar.”
Il-Prim Ministru Robert Abela