Kuntistabbli tal-Pulizija li għandu 33 sena ndarab gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq b’konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:40 ta’ waranofsinhar fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Il-Kuntistabbli jagħmel parti mis-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mar-Rapid Intervention Unit.
Dan l-inċident seħħ waqt li kienu qed isiru spezzjonijiet rigward kontravenzjonijiet fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Fuq il-post isejjħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lill-Kuntistabbli l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.