Kuntistabbli ta’ 48 sena weġġa’ gravi wara li meta kien fuq il-mutur tas-servizz iqabditlu siequ bejn il-bankina u trakk tal-għamla Daf misjuq minn Taljan ta’ 60 sena li joqgħod Ħ’Attard.
l-Inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.