L-Ispettur tal-Pulizija u President tal-Police Officers Union, Sandro Camilleri stqarr fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li kuntistabbli tal-Pulizija ndarab waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
L-Ispettur Camilleri qal li l-każ seħħ ilbieraħ filgħodu meta l-Pulizija tal-immigrazzjoni kienu qegħdin fuq xogħolhom f’Ħaż-Żabbar.
Qal li meta l-kuntistabbli Eman Camilleri avviċina l-aggressur, dan waddabblu xi trab f’għajnejh u ħarab minn fuq il-post.
Minkejja dan, Cilia xorta pprova jsegwih, iżda ntlaqat mill-bieba tal-vann tal-aggressur b’konsegwenza li ġarrab xi ksur f’idu.
L-Ispettur Camilleri żied jgħid li għadhom qed isirulu testijiet biex ikun stabbilit jekk il-kuntistabbli jiġix operat għall-ġrieħi li ġarrab.